Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li se jkun qiegħed jikkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.
Fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Dr Fearne qal li wara li tkellem ma’ familti u numru kbir ta’ persuni, iddeċieda li ser jitfa’ n-nomina tiegħu għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista.
Intant, il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg ħabbar li Chris Fearne se jkollu l-appoġġ tiegħu.
Huwa qal li ħa din id-deċiżjoni wara li ħaseb ħafna, mal-familja tiegħu, ma’ ħutu fil-partit u ma’ sħabu fil-Gvern
Sostna li l-kuraġġ li għamlulu jagħtih iżjed saħħa u enerġija jaħdem ħalli dan il-Partit ikompli jmexxi lil Malta u Għawdex.