Fuq parir tas-servizzi tas-sigurtá nazzjonali, il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ jikkomunika man-negozjant Yorgen Fenech meta ismu ssemma fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.It-Tlieta filgħaxija Lovin Malta rrapportat li Dr Muscat baqa’ jibgħat messaġġi b’mod regolari lil Yorgen Fenech.
Madankollu The Malta Independent żvelat li dan kien qiegħed isir fuq parir tas-servizzi tas-sigurtà bil-ħsieb li Fenech ma togħrkux għajnu.
Kelliem għall-uffiċċju tal-Prim Ministru kkonferma li minkejja li f’dan l-istadju l-Prim Ministru ma jistax jikkummenta b’mod speċifiku, ried jiċċara li l-kuntatti bejn il-Prim Ministru u n-negozjant Fenech komplew wara li isem Fenech issemma bħala s-suspettat fl-investigazzjonijiet u fuq parir tas-Servizzi tas-Sigurtà Maltin (MSS).
Il-gazzetta MaltaToday kompliet tirrapporta li din l-istqarrija hija kkoraborata minn informazzjoni oħra li waslitilha jiġifieri li l-MSS tat struzzjonijiet ċari lill-Prim Ministru biex jibqa’ jaġixxi business as usual, b’mod normali ma’ Fenech.
Dan biex Fenech ma tibdiex togħrku għajnu li hemm xi bidla drastika fl-attitudni miegħu hekk kif fl-2018 kien diġà ġie żvelat li huwa s-suspettat ewlieni fl-investigazzjoni ta’ Caruana Galizia.
Il-kelliem tal-Gvern żied jgħid li l-Prim Ministru ma setax jikkummenta aktar dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin.