Il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech mhux se tibda llum. Mistennija x-xhieda tal-‘middleman’ – One News

Notifiki

Il-kumpilazzjoni ta’ Yorgen Fenech mhux se tibda llum. Mistennija x-xhieda tal-‘middleman’

Il-kumpilazzjoni tan-negozjan Yorgen Fenech mixli li huwa l-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mhux mistennija tibda llum. Din il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ quddiem il-Maġistrat Nadine Lia iżda saru żewġ talbiet biex din tirrikuża ruħha. It-talbiet saru mill-familja Caruana Galizia u anki minn Yorgen Fenech innifsu fejn argumentaw li l-Maġistrat Lia għandha kunflitt ta’ interess. Quddiem dawn it-talbiet għar-rikuża, il-Maġistrat Lia għad trid tagħti deċiżjoni, possibilment illum stess.

Intant illum fil-Qorti mistenni jagħti x-xhieda tiegħu Melvin Theuma, l-allegat ‘middleman’ fil-kumplott tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma ngħata l-maħfra Presidenzjali bil-kundizzjoni li jippreżenta evidenza li imbagħad tkun ikkoraborata fil-Qorti waqt il-prosekuzzjoni ta’ dak akkużat bħala l-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend