Helena Dalli llejla ppreżentat lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, l-ittra ta’ riżenja tagħha minn membru tal-Parlament Malti. Dr Dalli kienet ilha deputat għal dawn l-aħħar tlieta u għoxrin sena sħaħ wara li ġiet eletta għall-ewwel darba fl-elezzjoni tal-elf disgħa mija u sitta u disgħin.
Minn dakinhar hija kkontestat b’suċċess il-ħames elezzjonijiet ġenerali li saru wara. Hija serviet ta’ segretarju parlamentari għad-drittijiet tan-nisa fil-leġislatura tal-1996 u ministru għad-djalogu soċjali, affarijiet tal-konsumatur u l-liberatajiet ċivili fil-leġislatura tal-2013. Hija serviet ta’ ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza fil-leġislatura preżenti sakemm il-Prim Ministru Joseph Mucat innominha bħala l-ewwel kummissarju Ewropew għall-Malta.
Wara li ġiet approvata mill-Parlament Ewropew, Dr Dalli bdiet mill-Ħadd li għadda sservi bħala l-Ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza għall-ħames snin li ġejjin.
Fl-ittra tagħha lill-Ispeaker, Dr Dalli rringrazzjat lill-Uffiċċju tal-Ispeaker għall-koperazzjoni li dejjem sabet u għarfitu li kienet qiegħda tirriżenja minn deputat eletta mit-tielet distrett elettorali. Dan wara li f’Ġunju tal-2017 hija kienet ċediet it-tieni siġġu tagħha fuq it-Tieni Distrett li wkoll kienet ġiet eletta minnu.