Carl Caruana ta’ 22 sena f’Marsaskala inżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat b’attentat ta’ qtil.
Il-kaz seħħ nhar il-Ġimgħa filgħodu f’Marsaskala meta l-akkużat spara fuq żagħżugħ ta’ 21 sena li fortunatament ma ntlaqatx mit-tiri. Jirrizulta li argument li nbidel fi sparatura ta’ armi u tiri lejn żagħżugħ ieħor.
Jirriżulta li kien hemm inkwiet li ilu għaddej bejn iż-żewġ żgħażagħ fosthom theddid u diskussjonijiet ta’ ħmerijiet u allegazzjonijiet bejn iż-żewġ żgħażagħ. Bl-akkużat qed jargumenta li huwa l-vittma f’dan il-każ.
Iż-żagħżugħ, li huwa riċediv, wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
L-ispettur Eman Hayman akkużah li kellu arma tan-nar mingħajr liċenzja fil-konfront tiegħu.
Il-Maġistrat Doreen Clarke ordnat sabiex jinżamm arrestat.