Fid-29 ta’ Novembru, Malta ġiet eletta b’suċċess fil-Kategorija Ċ tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) waqt il-31 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tal-IMO li saret f’Londra.
Malta ġiet eletta mill-ġdid fil-Kategorija (Ċ) tal-Kunsill, ghall-ewwel darba fit-tieni post b’145 vot. Singapore ġiet fl-ewwel post b’152 vot. B’kollox hemm 174 pajjiż li jivvutaw.
L-Onor. Carmelo Abela, Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ iddikjara li “mhux biss Malta ġiet eletta mill-ġdid għall-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali fil-Kategorija Ċ, iżda kisbet l-aqwa riżultat li qatt kien hemm. L-apprezzament jgħaddi għal dawk il-pajjiżi msieħba kollha li għal darb’oħra reġgħu kabbru l-fiducja tagħhom fina. Huwa zied jghid li Malta tibqa’ impenjata biex tkompli ttejjeb il-valuri li tinsab l-organizzazzjoni u għandha tkompli tibni fuq il-vokazzjoni marittima tagħha fl-interess tal-komunità internazzjonali”. L-Onor Abela semma’ kif b’dan ir-riżultat mill-aqwa, Malta kompliet tikkonsolida r-rwol attiv tagħha fl-affarijiet marittimi. L-elezzjoni ta’ Malta tikkontribwixxi wkoll għar-rappreżentazzjoni fil-korp tat0-tmexxija tal-IMO mhux biss tar-reġjun tal-Mediterran iżda wkoll ta’ numru ta ‘ekonomiji tal-gżejjer żgħar.
Il-Ministru Carmelo Abela rringrazzja lil dawk kollha li kkontribwew għar-reelezzjoni ta ‘Malta, b’mod partikolari l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ u l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Fil-kategorija C l-Istati għandhom interessi speċjali fit-trasport marittimu jew in-navigazzjoni. L-elezzjoni tagħhom għall-Kunsill tiżgura rappreżentanza taż-żoni ġeografiċi ewlenin kollha tad-dinja.
Membru tal-Organizzazzjoni mill-1966, Malta hija sostenitur qawwi tal-għanijiet u l-għanijiet tal-organizzazzjoni u temmen b’mod sod li t-tisħiħ reali tal-istandards ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis fil-baħar u fil-port jista’ jinkiseb biss permezz tal-implimentazzjoni universali tal-IMO.
F’dan il-Kunsill, Malta ġiet eletta għat-12-il darba konsekuttiva.