Il-Pulizija tgħid li m’hemm l-ebda bażi għax l-Ispettur Arnaud għandu jitneħħa mill-investigazzjoni – One News

Notifiki

Il-Pulizija tgħid li m’hemm l-ebda bażi għax l-Ispettur Arnaud għandu jitneħħa mill-investigazzjoni

Fis-stqarrija l-Pulizija qalet li l-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji l-Ispettur Keith Arnaud m’għandux għax jitneħħa mill-investigazzjoni.

Il-pulizija qalet li ma tirriżulta l-ebda bażi għax l-Ispettur Arnaud għandu jitneħħa minn din l-investigazzjoni. Xhieda ta’ dan huma r-riżultati li nkisbu s’issa.

L-Ispettur Arnaud ilu sa mill-bidu tal-każ imexxi din l-investigazzjoni, bl-assistenza tal-Europol li baqgħu u għadhom għaddejjin sal-ġurnata tal-lum, involuti attivament fl-investigazzjoni.

Il-pulizija qalet li l-investigazzjoni ser tibqa’ għaddejja bla interruzzjonijiet, u qed tieħu daqshekk fit-tul minħabba n-natura u ċ-ċirkostanzi tal-każ.

Qalet li l-Pulizija qiegħda tiġbor kull xorta ta’ evidenza possibbli u tinvestiga kull allegazzjoni u d-diversi verzjonijiet mogħtija lill-Pulizija sabiex toħroġ il-verità.

Intant fl-istess stqarrija, il-pulizija spjegat li l-Maġistrat inkwirenti qiegħed jiġi kontinwament aġġornat bl-iżviluppi fil-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend