Il-Banda Żejtun b’mawra fl-Eġittu – One News

Notifiki

Il-Banda Żejtun b’mawra fl-Eġittu

Il-lejla għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħaxija l-Banda Żejtun flimkien ma’ Circolo Santa Caterina b’ kontinġent ta’ madwar 60 ruħ tibda mawra fl-Eġittu, ġewwa l-ibliet importanti ta’ Lixandra u l-kapitali tal-Eġittu l-Kajr.

Fuq stedina li saritilà l-Banda Żejtun ser tkun qed itella’ Programm Mużikali ġewwa l-Katidral prestiġjuż ta’ Santa Katarina V.M. b’ siltiet ta’ mużika mill-aqwa, kif ukoll ser tkun qed tesegwixxi marċ ġewwa l-Kajr. Il-Banda Żejtun ser tkun qeda taħt id-direzzjoni tas-Surmast bravu Mro. David Agius.

Din hija okkażjoni ta’ prestiġju enormi kemm għall-Banda, għaż-Żejtun, kif ukoll għal Malta fejn ser qed tiġi esportata mużika esegwita minn mużiċisti Maltin issa wkoll barra mill-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *