AĠĠORNATA: Mara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn vann u mutur fil-Fgura – One News

AĠĠORNATA: Mara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta bejn vann u mutur fil-Fgura

Mara ta’ 55 ssena mill-Fgura ġarrbet ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar meta l-vittma li kienet passiġġiera fuq mutur misjuq minn raġel ta’ 60 sena mill-Fgura kienet involuta f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lil passiġġiera tal-mutur l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *