Imfakkra l-kisbiet ta’ negozji Maltin barra minn xtutna – One News

Notifiki

Imfakkra l-kisbiet ta’ negozji Maltin barra minn xtutna


Il-kisbiet ta’ negozji Maltin u dawk ibbażati f’Malta fuq livell internazzjonali kienu mfakkra fit-tieni edizzjoni tal-Malta International Business Awards organizzata minn Trade Malta.

B’kollox 6 kumpaniji kienu rikonoxxuti f’7 kategoriji.

Ir-rebbieħa tal-aqwa kumpanija fl-esportazzjoni fis-swieq barranin kienet AquaBiotech Group. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Shane Hunter spjega kif dan ir-rikonoxximent jippremja ħidma sfiqa li tmur lura għal meta twaqqfet il-kumpanija f’pajjiżna 21 sena ilu.

Hunter stqarr: “Its a fantastic recognition of all my colleagues’ work – there’s more than 100 people in our company all over the world that contributed towards building this company. There’s 75 of us based in Malta.”

Il-kumpanija tispeċjalizza f’soluzzjonijiet bit-teknoloġija fil-qasam tal-akwakultura. Fost l-oħrajn il-kumpanija żviluppat prototip ta’ fishfarm fuq l-art minflok fil-baħar.

Hunter spjega li l-kumpanija għandha preżenza fl-Ewropa, fl-Asja, il-Lvant Nofsani, u fl-aħħar snin bdiet timraħ fl-Afrika.

Qed tħares biex iżżid 20 ħaddiem ieħor kif ukoll tkabbar il-kwartieri tagħha f’pajjiżna.

“We’ve also started branching out in Africa. We’ve done projects in Kenya, Uganda. We’ve started doing consultancy works as well in other countries like Zambia and Tanzania. We’re also gaining a lot of traction in Asia”, sostna Hunter.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela faħħar l-ambizzjoni u l-kuraġġ tal-intraprendituri Maltin fuq livell dinji, u spjega li Malta qed tħares lejn l-Afrika bħala sieħeb kummerċjali.

Il-Ministru Abela spjega: “Qed nippruvaw li għas-sena d-dieħla nagħmlu daqxejn focus fuq il-kontinent Afrikan b’mod partikolari ċertu pajjiżi fis-Sub Sahara tal-Afrika. Huma sweiq interessanti ħafna, huma swieq li joffru opportunitajiet u allura qed inħajjru iktar business ibbażati f’Malta biex ma jaqgħtux qalbhom.”

Spjega wkoll li qed jiżdiedu l-opportunitajiet għal negozji barranin barra minn xtutna anka bl-impenn li mis-sena d-dieħla jiġu ngaġġati aġenti kummerċjali ma’ missjonijiet diplomatiċi biex jixprunaw opportunitajiet għal negozji Maltin madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend