Fl-Arġentina: Qassisin li abbużaw minn tfal neqsin mis-smigħ ikkundannati 40 sena ħabs – One News

Notifiki

Fl-Arġentina: Qassisin li abbużaw minn tfal neqsin mis-smigħ ikkundannati 40 sena ħabs

Żewġ qassisin ingħataw sentenza ta’ 40 sena ħabs wara li nstabu ħatja li abbużaw minn tfal neqsin mis-smigħ fi skola tal-Knisja fl-Arġentina. 

Dawn l-abbużi saru minn Joracio Corbacho u Nicola Corradi bejn l-2004 u l-2016, fi skola li tinsab fil-provinċja ta’ Mendoza.

Il-verdett ingħata fil-Qorti quddiem għadd ta’ vittmi.

Dan il-każ ixxokkja lill-pajjiż. Ħafna nies qegħdin jakkużaw lill-Knisja li qed iddum ma tieħu azzjoni dwar abbużi mwettqa mnn membri tal-Kleru fuq it-tfal.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *