BIL-FILMAT: Iħabbtu l-borom u jibbujwaw lil Delia u Puli – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Iħabbtu l-borom u jibbujwaw lil Delia u Puli

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kien ibbujwat mill-persuni li nġabru quddiem il-Parlament biex jipprotestaw.

Il-folla mmexxija mill-Occupy Justice u Repubblika, kienet qed tħabbat il-borom u xxejjer l-ixkupi. Iżda, ladarba ħareġ Adrian Delia l-folla nfexxet tibbuwjah filwaqt li b’differenza ċapċpet lil Simon Busuttil.

Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista għamel appelli kontinwi biex in-nies imorru dawn il-protesti. Iżda, jidher li dawk miġbura ma nsewx x’kien jgħid Delia dwar Daphne Caruana Galizia li mhux biss għajjarha biċċa blogger, iżda nies madwaru heddewha wkoll.

Ma’ Delia kien hemm Clyde Puli, is-Segretarju Ġenerali, li wkoll ma ntlaqax biċ-ċapċip minkejja li iktar qabel minn ġol-Parlament beda jxejjer lejn il-folla.

Reazzjoni kompletament differenti mill-folla meta ħareġ Jason Azzopardi li hu parti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.

Azzopardi, li kemm-il darba kien f’battibekki mal-Kap Nazzjonalista fl-aħħar snin, jgħajjat lura grazzi lil folla.

Bħas-soltu l-protesta mill-folla ta’ Occupy Justice u Manuel Delia kienet ikkaratterrizzata minn persuni li kienu jiffurmaw parti mill-amminstrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil.

Esponenti li fl-aħħar sentejn b’Delia fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista ma waqfu qatt jagħmlulu l-bsaten fir-roti għax ma tqisux kredibbli bħala Kap wara l-allegazzjonijiet li għamlet fuqu Daphne Caruana Galizia.

Bl-ikbar fost dawn tkun dik li Delia daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend