Talbet lil Santa Klaws biex jagħtiha dar u ikel għall-familja tagħha – One News

Talbet lil Santa Klaws biex jagħtiha dar u ikel għall-familja tagħha

Tifla ta’ seba’ snin talbet lil Santa Klaws biex jagħtiha dar u ikel għall-familja tagħha f’ittra bix-xewqiet tagħha għall-Milied.

L-ittra tħalliet fil-kaxxa postali tal-Milied li tpoġġiet minn ċentru komunitarju f’kafetterija f’Liverpool. Din l-ittra infetħet mill-Kunsillier Lokali, Gerard Woodhouse, illi sostna li ħass għafsa ta’ qalb meta qara l-ittra.

Fl-ittra ċ-ċkejkna staqsiet lil Santa Klaws jekk jistgħax jgħinha billi jagħti dar lill-familja tagħha għaliex ommha tixtieq li għall-Milied ikunu kollha flimkien. Hija talbet ukoll għall-ikel. It-tifla temmet l-ittra bl-aħħar xewqa tagħha għal pupa sabiħa filwaqt li rringrazzjat lil Santa Klaws.

Uffiċjal miċ-ċentru, Shirley Marshall, qalet illi peress li l-ittra ġibdet attenzzjoni kbira lejha, kienu diversi li wrew l-appoġġ tagħhom lejn dak li kitbet it-tifla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend