Proġetti għall-ġid tal-pajjiż – One News

Notifiki

Proġetti għall-ġid tal-pajjiż


Tul din il-ġimgħa l-ħidma tal-Gvern baqgħet għaddejja.

F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega li minn kumpanija falluta taħt gvern preċedenti, l-enemalta illum mhux biss qiegħda fuq saqajha iżda qed tinvesti barra minn xtutna. 

Dan fid-dawl tal-proġett tal-enerġija rinovabbli li ġie ffirmat f’Montenegro.

Il-Prim Ministru stqarr li “Kien proġett illi bdejna fil-leġislatura li għaddiet, fejn bdejna proġett li permezz tiegħu il-kumpanija enemalta li kienet falluta prattikament, saret issa kumpanija li taqla’ l-flus u tinvesti anke barra l-pajjiż b’tali mod li taqla’ aktar flus għal Maltin u l-Għawdxin. Jiġifieri dan kien xi ħaġa li wieħed lanqas  biss kien jimmaġina li ssir sa ftit taż-żmien ilu u rnexxielna nagħmluha.” 

Din l-aħbar fil-bidu tal-ġimgħa kienet ikkumplimentata bl-inawgurazzjoni tal-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex fl-aħħar tal-ġimgħa. L-inawgurazzjoni tal-iskola medika sar permezz ta’ investiment ieħor mal-privat minbarra l-Ewropa, mill-istati uniti li se tkun qed tressaq studenti barranin lejn l-gżira tat-tlett għoljiet.

Il-Prim Ministru stqarr li dawn il-kisbiet huma emblemi tat-tibdil pożittiv li ra pajjiżna.

“Dawn huma żewġ, biex ngħidu hekk emblemi tal-mod ta’ kif inbidlet l-ekonomija tal-pajjiż, ta’ kif qiegħed jinbidel dan il-pajjiż”, sostna l-Prim Ministru.

Stqarr li huwa permezz ta’ kisbiet bħal dawn li l-Kummissjoni Ewropea ma sabet l-ebda problema li tapprova l-budget għas-sena d-dieħla, filwaqt li aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed ikomplu itejbu r-rating ta’ pajjiżna.

Il-Prim Ministru stqarr kif dan huwa Gvern li jżomm kellmtu. Fisser kif ingħataw il-pagamenti lil dawk in-nies li sofrew inġustizzja fil-passat, nies tal-korpi, il-ħaddiema tax-xatt, membri tal-korp tal-pulizija preżenti u passati.

Dr Musat temm jgħid li “Dawk huma s-sodisfazzjonijiet tax-xogħol illi naraw li noħolqu l-frott u dan il-frott inqassmuħ biex il-ġid jasal għal-kulħadd.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend