AĠĠORNAT: Żagħżugħ ta’ 24 sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit fil-Marsa – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Żagħżugħ ta’ 24 sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit fil-Marsa

Żagħżugħ ta’ 24 sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit minn persuna jew persuni mhux magħrufa b’arma li taqta’ fil-Marsa. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa fi Ġnien Spencer fil-Marsa meta l-vittma, żagħżugħ Somalu li għandu 24 sena, allega li waqt li kien rieqed fuq bank fi Ġnien Spencer hu safa aggredit u midrub minn persuna jew persuni aggredewh b’arma taqta’ u bil-ponta.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxijiet għall-aggressuri waqt li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend