Fi Franza: Mara tqila titlef ħajjitha wara li marret passiġġata bil-klieb – One News

Notifiki

Fi Franza: Mara tqila titlef ħajjitha wara li marret passiġġata bil-klieb

Elisa Pilarski ta’ 29 sena li kellha 6 xhur tqala tilfet ħajjitha wara li marret mixja bil-ħamest iklieb f’naħa ta’ fuq ta’ Franza. Dan wara li ġiet attakata minn għadd ta’ klieb.

Qed isiru bosta testijiet biex jiġu identifikati s-sidien tal-klieb li attakkawha u kkaġunaw il-mewt ta’ din il-mara. Qegħdin isiru investigazzjonijiet fuq 90 kelb fosthom hemm il-klieb tagħha stess.

Mill-awtopsja ħareġ li Elisa mietet żvinata minħabba gdim li kellha f’diversi partijiet ta’ ġisimha fosthom: rasha, sidirha, żaqqha u dirgħajha.

Minn ritratti li kienet titfa’ fuq il-midja soċjali jidher li Pilarski kienet tħobb ħafna l-klieb u saħansitra kienet iddaħħalhom fil-kompetizzjonijiet.

Ritratt: Elisa Pilarski/ Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend