In-negozjant Yorgen Fenech irriżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Tumas Group. Dan il-grupp hu involut f’diversi oqsma ta’ negozju b’valur ta’ miljuni ta’ ewro. Din ir-riżenja, li skont dan
irrapportat seħħet fl-aħħar jiem, saret magħrufa fis-sigħat ta’ wara li Fenech kien arrestat. Dan allegatament b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Postu fit-tmun tal-kumpanija se jkun qed jieħdu ħuh Franco Fenech.
Fenech irriżenja wkoll mill-bord ta’ Electrogas. Fost is-sidien tagħha hemm ukoll il-kumpanija Siemens u s-Socar.