Argument bil-kliem bejn koppja wassal sabiex raġel jingħata sentenza sospiza wara li ġiet arrestat fuq akkuzzi ta’ vjolenza domestika fuq martu.
Il-koppja kienu ilhom flimkien ħamsa u għoxrin sena u għandhom erbat itfal u bħalissa għaddejjien bi proċess ta’ separazzjoni.
Il-mara telqt lir-raġe sitt ġimgħat qabel ma ġara l-każ.
Fil-qorti rrizulta li r-raġel qal lil mara li ma jridx ikun jaf li għandha lil xi ħaddieħor għax inkella joqtolha.
Il-Maġistrat Joseph Mifsud ta sentenza tmien xhur ħabs sospizi għal sena u ġiet imposta ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.