Fi stqarrija l-Partit Laburista qal kif illejla l-Partit Nazzjonalista reġa’ wera li m’għandux rispett lejn l-istituzzjonijiet.
Il-Partit Laburista saħaq kif id-deputati tal-Oppożizzjoni telqu ‘l barra mill-Parlament meta l-Prim Ministru kien għadu kemm ikkommetta ruħu li jagħti rendikont lill-Kamra tar-Rappreżentanti u joqgħod għall-mistoqsijiet kollha tad-deputati fil-mument opportun. Dan meta jkun ċar li ma jippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-pulizija. Iżda, jidher li dan mhux l-interess tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Laburista saħaq kif fl-aħħar sigħat reġgħu wrew li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna huma b’saħħithom u jaħdmu għall-kuntrarju ta’ dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit temm li l-Prim Ministru u l-gvern qed jassiguraw li l-istituzzjonijiet jaħdmu f’serenità mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.