Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista telaq ‘il barra mill-Parlament. Dan f’mossa li kienet saret ukoll bħalha tul il-leġiżlatura li għaddiet.
Dan sar wara li l-Prim Ministru Joseph Muscat spjega lill-Parlament kif se jkun qed jaġixxi fi żmien li ġej. Iżda wara din l-ispjega l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo, staqsa jekk keċċiex lill-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of staff Keith Schembri u telaq ‘il barra.
Din il-mossa tal-Oppożizzjoni saret fuq insistenza ta’ Simon Busuttil wara li l-Kap Adrian Delia rreżista dan. Iżda finalment għaddiet tal-eks Kap Nazzjonalista Busuttil.