Ħassejt għafsa ta’ qalb. Weġġajt għax missewli lil binti b’artiklu miktub mill-aktar livell baxx.
Din kienet ir-reazzjoni ta’ Philip Chircop, missier Lynn Faure li l-Ħadd spiċċat vittma ta’ attakk mill-gazzetta Nazzjonalista il-Mument.
L-artiklu ta’ Joe Mikallef kien mimli attakki lejn bint Philip Chircop li dehret f’ritratt waqt konferenza tal-programm Lead organizzata mill-Partit Laburista. Chirchop sostna: “Ħassejt għafsa ta’ qalb għax jien min imissli l-mara u t-tfal u ħadd ma joqgħod ħdejhom u allura missejt id-dijadema tiegħi. Però ma bsartx li speċjalment l-artikolist kien se jaqa’ fil-baxx daqshekk li ħallat xi ħaġa personali ma’ xi ħaġa li hija pubblika. “
F’Settembru li għadda Chircop irriżenja mill-Partit Nazzjonalista wara snin twal iservi fil-partit, għal ħafna snin qrib Eddie Fenech Adami.
F’intervista ma’ dan l-istazzjon Chircop saħaq li ried jinħall mill-politika partiġġjana u ta’ firda, li jħobb juża l-Partit Nazzjonalista u jkompli jservi fl-għaqda ‘Nanniet Malta.’
Chircop qal li hu u l-familja tiegħu ġew attakkati inġustament għax ta t-tesserra lil Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Delia sostna: “Nippreċiża li Dr Delia ġie fit-tieni dar tiegħi u miegħu ġab il-press. Min iġġudikani għax ma jafx il-fatti, l-press ma stedinthomx jiena.”
Philip Chircop kompla jgħid li qatt ma stenna lil midja Nazzjonalista se tiftaħ attakk fuq il-familja tiegħu b’dan il-mod.
“Però attakk bħal dak personali ma kontx nistennih u ma naċċettahx. Diffiċli biex ħfirt, pero li tinsa diffiċli li tinsa”, staqarr Chirchop.
Kemm l-avukat Lynn Faure u l-familja tagħha laqgħu l-apoloġija tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li kien kostrett jagħmel apoloġija wara li dan l-attakk ġibed l-attenzjoni ta’ bosta.
Dan mhux bħal attakki oħra li għamlet il-midja Nazzjonalista li għalihom Delia ma lissinx kelma.
“Il-pressure u hawnhekk nirringrazzja lil nies fuq il-Facebook li kitbu, naħseb ma ħalliex triq oħra, aħna m’għamilna xejn u jkun hemm dik l-apoloġija”, temm jgħid Chirchop.