730 ġurnata. Daqshekk kellu jistenna Samir Palmier Arab biex jerġa’ jirfes fuq il-ħaxix tal-istadium nazzjonali u jkompli jwettaq il-ħolma li xi darba kellu.
Dan wara li ġie avviċinat biex tinxtara logħba tan-nazzjonal lura fl-2016. Minkejja li hu rrifjuta li jieħu sehem f’din il-kriminalità, ġie akkużat li ma kixifx volontarjament sa 48 siegħa wara, lill-UEFA jew MFA min kienu dawk kompliċi f’dan il-każ.
Sospensjoni li affettwat mhux biss il-preżent iżda wkoll il-futur ta’ Samir.
Ara l-intervista li xxandret dalgħodu fuq ONE Breakfast hawn taħt: