Ippjana sew il-vjaġġ tiegħek! – One News

Notifiki

Ippjana sew il-vjaġġ tiegħek!

Infrastruttura Malta ħabbret li llum, is-Sibt 16 ta’ Novembru, mit-3 ta’ waranofsinhar sa nofsillejl, il-karreġġjata ta’ Vjal Sir Paul Boffa li tagħti minn Kordin għall-Marsa ser tkun imdawra b’tali mod li tagħti għal toroq oħrajn fl-inħawi.

Dan bil-għan li tkompli tinbena t-tielet flyover tal-Marsa Junction Project.

Il-korsiji eżistenti li jgħaqqdu Vjal Sir Paul Boffa ma’ Triq Aldo Moro se jingħalqu biex jiġu evitati l-perikli kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-ħaddiema.

Mit-3 sat-8 ta’ filgħaxija, il-pubbliku ser ikun jista’ jsegwi t-tabelli mar-roundabout ta’ Kordin għat-triq li tgħaddi mill-inħawi ta’ Baċir Nru. 7, lejn iż-żona t’Albert Town, il-Marsa.

Mit-8 ta’ filgħaxija sa nofsillejl, il-karreġġjata tat-Tramuntana ta’ Vjal Sir Paul Boffa se tiġi mdawra lejn Vjal Santa Luċija, Triq Ħal Luqa u Triq Garibaldi, fid-direzzjoni ta’ Triq Aldo Moro.

Vjal Sir Paul Boffa direzzjoni Marsa ser tibqa’ miftuħa għall-karozzi ta’ tal-linja f’kull ħin.

Infrastruttura Malta esprimiet il-gratitudni tagħha lejn il-pubbliku għall-koperazzjoni li wera f’dan il-proġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend