Suspetti konkreti dwar involviment Russu fl-MH17 – One News

Suspetti konkreti dwar involviment Russu fl-MH17


Investigaturi Internazzjoanli li qed imexxu l-inkjesta dwar l-attakk fuq l-ajruplan MH17 li kien twaqqa’ b’missila waqt li kien għaddej fuq l-Ukrajna jemmnu li kien hemm involviment ta’ uffiċjali għolja fil-Gvern Russu.

Dawn is-suspetti komplew jissaħħu fl-aħħar sigħat hekk kif ġew ppubblikati diversi telefonati li saru bejn persuni qrib il-Kremlin u l-mexxejja tar-ribelli Ukreni b’mod regolari.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed isemmu li Vladislav Surkov li kien Deputat Prim Ministru Russu u kif ukoll lil Ministru tad-Difiża Russu Sergei Shoigu issemmew kemm-il darba fit-telefonati li ġew interċettati.

Kelliema għall-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet u qalet li l-investigaturi qed jimmanipulaw l-informazzjoni.

Għalkemm l-ajruplan MH17 ma jissemmiex fit-telefonati li ġew interċettati mis-servizzi tal-intelliġenza Ukreni, l-investigaturi jemmnu li Moska kienu jafu x’qed jiġri hekk kif kellhom influwenza fuq affarijiet amministrattivi, finanzjarji u militari tas-separatisti akkużati bit-twaqqigħ tal-ajruplan.

L-inkjesta kienet diġà qalet li s-sistema li minnha ġiet sparata l-missila li waqqgħet l-ajruplan ġiet mill-Brigata Russa ta’ kontra l-ajruplani li hija bbażata f’Kursk.

Dan il-każ li ħalla warajh 280 vittma innoċenti ilu taħt il-lenti tal-midja u fil-passat kien fil-mira ta’ diversi kontroversji minħabba xandir ta’ aħbarijiet foloz.

Fiċ-ċentru ta’ dan kollu kien hemm l-Ewroparlamentari Pieter Omtzigt li huwa magħruf għall-involviment li kellu xi snin ilu biex jgħin xhud falz fil-mod kif iwieġeb id-domandi u biex jinfiltra laqgħa li għaliha attendew il-qraba tal-vittmi tat-tiġrif tal-ajruplan MH17.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend