Indjan ta’ 36 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar qiegħed jissielet għall-ħajtu wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Balzan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.00 a.m. fi Vjal De Paule meta l-vittma waqa’ minn għoli waqt li kien għaddej b’ħidmietu fis-sit ta’ kostruzzjoni.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret bosta esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ.