George Degiorgio, magħruf bħala ċ-Ċiniz, ingħata t-traskrizzjoni tal-interogazzjonijiet tal-pulizija fl-investigazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fl-awla tal-Qorti l-Imħallef Toni Abela, preżenta envelop magħluq bit-traskrizzjonijiet mill-investigazzjonijiet tal-pulizija li irċieva mid-Direttur tal-Qorti Kriminali.
George Degiorgio kien qed jitlob traskrizzjonijiet tat-telefonati interċettati mill-pulizija.