Tnediet skema ta’ finanzjament għall-adozzjoni tal-annimali mis-santwarji madwar Malta u Għawdex. Skema ta’ €150 għal kull persuna li tadotta annimali, ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri.
Kull persuna li se tkun qed tadotta annimal mis-santwarji se jkun eleġibbli għall-iskema ta’ €150. Il-fondi jingħataw 6 xhur wara li ssir l-adazzjoni, u dan wara li jsiru kjarifiki li l-annimali li ġie adottat jinsab f’kundizzjonijiet tajba.
L-għan ta’ din l-iskema huwa biex l-annimali li jkunu abbandunati jingħataw ħajja ta’ kwalità ma’ persuni li tassew għandhom għal qalbhom l-annimali.
Din l-iskema jista’ japplika kulħadd għaliha u l-applikazzjoni tingħata mis-santwarju meta ssir l-adozzjoni.
Il-€150 jingħataw lil kull individwu li jadotta annimal jew annimali, filwaqt li persuni li jkunu nstabu li għamlu moħqrija fuq annimali mhux se jkunu elegibbli.
L-iskema tinsab miftuha.