Dak li qed jitkellem dwaru l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa suġġett ta’ inkjesti maġisterjali li saħansitra ntalbu minn membri tal-istess oppożizzjoni. Wieħed għandu jħalli l-ġustizzja taħdem f’serenità u jistenna l-konklużjonijiet ta’ dawn l-inkjesti li quddiemhom xehed kull min fil-konfront tiegħu saru l-allegazzjonijiet.
Intant, wieħed ma jistax ma jinnotax kif id-dikjarazzjonijiet li saru u l-pożizzjonijiet li ttieħdu fl-aħħar sigħat reġgħu wrew l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni dwar l-istituzzjonijiet.
Huwa ironiku kif deputati tal-oppożizzjoni li jattakkaw il’ ħin kollu lill-ġudikanti maħtura bis-sistema l-ġdida din id-darba kellhom ġenn biex jidhru quddiem il-qorti ffurmata b’dan il-mod anke meta tqajmu punti biex il-ġustizzja mhux biss issir iżda tidher ukoll li qed issir.