Darren Hansford ta’ 39 sena nżamm arrestat wara li kien akkużat b’serq ta’ diversi oġġetti tul l-aħħar għaxar xhur.
Huwa talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq qalet li hemm biża’ ta’ ntraċċ tal-provi li għad iridu jitressqu kif ukoll dubji dwar l-affidabilità tal-imputat. Għaldaqstant il-Qorti ċaħdet it-talba iżda rrakkomandat li l-imputat jinżamm detenut fit-taqsima forensika tal-isptar Monte Karmeli.