Il-Gvern bi spjegazzjoni ċara dwar l-aħħar ħatriet fuq il-bordijiet tal-MGA u l-MCA – One News

Notifiki

Il-Gvern bi spjegazzjoni ċara dwar l-aħħar ħatriet fuq il-bordijiet tal-MGA u l-MCA

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-kelliema tal-Oppożizzjoni, il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni lanqas biss taf x’inhi tgħid.

Stqarrija tal-Gvern qalet li ż-żewġ Chairpersons maħtura għall-bordijiet tal-MGA, l-Awtorità Maltija għall-Logħob, u MCA, l-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni, huma ż-żewġ Kapijiet Eżekuttivi ta’ dawn l-awtoritajiet. Għalhekk huwa ovvja, u anke skont l-avviż legali dwar ħatriet ta’ dan it-tip, huma ġew maħtura hekk fuq bażi temporanja.

Il-Gvern spjega kif l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika jgħid li jekk il-kariga ta’ chairperson hija temporanja għal żmien ta’ inqas minn 6 xhur, tali persuna m’għandiex titla’ quddiem il-kumitat permanenti dwar il-ħatriet pubbliċi.

“Ikun aħjar għall-Oppożizzjoni li tiċċekja l-fatti tagħha sew qabel ma toħrog stqarrija bl-għaġla biex tipprova tpoġġi f’dubju ħidmet dawn iż-żewġ awtoritajiet tant importanti”,  temm jgħid il-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend