Il-Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Konrad Mizzi qalu li fil-jiem li ġejjin se jappellaw minn deċiżjoni li ngħatat dalgħodu mill-Qorti tal-Maġistrati.
Fi stqarrija, it-tliet ministri nnotaw li l-allegazzjoni tal-għaqda Repubblika ġew riferuti għal inkjesta maġisterjali dwar il-każ tat-tliet sptarijiet immexxija minn Steward Healthcare.
Il-Minsitri żiedu jgħidu li ħafna mid-dokumenti li ġew sottomessi minn Repubblika mhux se jiġu kkonsidrati bħala evidenza.
Qalu li bħalma nnotat il-maġistrat fid-digriet tagħha, id-deċiżjoni hija f’konflitt ma’ deċiżjoni li ngħatat dan l-aħħar mill-Qorti superjuri u għalhekk se jkunu qed jappellaw mid-deċiżjoni.