Paolo Mercieca ta’ sebgħa u tmenin sena mix-Xewkija Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li spara u kkaġuna ġrieħi ħfief lill-ġar tiegħu wara li tlewwem miegħu fuq parkeġġ.
Il-każ seħħ fis-seħħ fis-7 ta’ Ottubru li għadda meta Mercieca kien involut f’argument fi Triq is-Salib ma’ Stephen Mike Cauchi ta’ ħamsa u tletin sena. Fil-Qorti ngħad li l-akkużat poġġa senter taż-żewġ ma’ ras il-ġar tiegħu għax ħadd ma seta’ jipparkjalu quddiem daru.
Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, Cauchi xehed li l-argument inqala’ wara li ommu qaltlu biex iċċaqlaq il-karozza, għax l-akkużat beda joħloq paniku barra d-dar u kisser it-tieqa tal-passiġġier tal-karozza tagħhom.
Xehed li wara li ġew interrogati mill-pulizija, Cauchi qal lill-pulizija li ma riedx jipproċedi kontra l-akkużat minħabba r-relazzjoni tajba mal-familja ta’ Mercieca.
Stephen Mike Cauchi qal li meta telaq mill-għassa, l-anzjan qallu biex jagħmlu ftehim. Iżda qal li malli waslu ħdejn id-dar, l-anzjan fetaħ il-bieb ta’ barra, qabad senter u poġġih ma’ moħħu. Xehed li l-anzjan poġġa sebgħu mal-grillu u spara. Qal li kien pront tbaxxa u ħataflu s-senter u laqtu f’geddumu .
Il-Maġistrat Joseph Mifsud caħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Imaħħelf Aaron Bugeja li kien qiegħed jippresjedi l-Qorti tal-Appell Kriminali tah il-ħelsien mill-arrest wara li bint l-akkużat għamlet tajjeb għall-garanzija personali ta’ missierħa ta’ tnax-il elf ewro. Huwa ġie ordnat iħallas ukoll depożitu ta’ tmint elef ewro.