Żagħżugħ ta’ 20 sena min-Nadur Għawdex ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li f’Ġunju li għadda seraq minn dar fiż-Żebbuġ, Għawdex. Huwa affaċċja wkoll akkużi li f’każi separati darab lil persuna fil-pubbliku, u li naqas li jsegwi l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal 4 snin u nħarġet garanzija għal-perjodu ta’ sena favur il-vittma.
Huwa deher quddiem il-Maġistrat Monica Vella.