Mal-miljun ewro, b’parti minnhom ġejjin minn fondi Ewropej se jiġu investiti f’infrastruttura u taħriġ għas-sajjieda,
F’Marsaxlokk, b’investiment ta’ seba’ mitt elf ewro ser isir żona tal-ħatt tal-ħut biex jiġi mgħarbel il-ħut u jintiżen il-ħut li jkun inqabad.
Dan filwaqt li mitejn u ħamsin elf ewro oħra se jiġu investiti sabiex is-sajjieda jingħataw it-taħriġ li għandu x’jaqsam mas-saħħa u sigurtà fuq il-baħar u kif jużaw tagħmir eletroniku ġdid li jkun hemm fuq il-baħar.
Il-korsijiet ta’ taħriġ huma maqsumin fuq l-ewwel erba’ xhur tas-sena d-dieħla.
Is-Segretarju Parlamentari għas-sajd Clint Camilleri qal li dan l-investiment jingħaqad ma investiment ieħor li qed isir kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex sabiex is-sajjieda jkollhom infrastruttura aħjar biex joperaw b’mod komdu.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li minkejja li għadhom għaddejjin in-negozjati għall-budget Ewropew ġdid, pajjiżna jinsab f’pożizzjoni tajba biex għall-pakkett ta’ fondi ta’ koeżjoni mill-elfejn wieħed u għoxrin u l-elfejn sebgħa u għoxrin, is-settur tas-sajf igawdi minn tletin miljun ewro. Hawnhekk semma kif il-fondi Ewropej qed jintefqu għas-sajjieda.