Il-kumpanija NnG Promotions ħabbret li l-kunċert tant mistenni ta’ Celine Dion f’pajjiżna se jsir Ta’ Qali flok fuq il-Fosos tal-Furjana minħabba l-ammont ta’ biljetti li diġà nxtraw għal dan.
Il-kunċert se jkun parti mit-tour dinji tal-kantanta leġġendarja bl-isem Courage World Tour, u se jsir fis-27 ta’ Lulju li ġej. It-tibdil fil-post tal-kunċert sar biex il-kumpanija tkun tista’ takkomoda n-numru kbir ta’ segwaċi li jixtiequ jixtru biljett għall-kunċert.
Fi stqarrija kien spjegat ukoll li biljetti li diġà nxtraw u li jimmarkaw li l-kunċert se jsir fil-post oriġinali għadhom validi.