Għawdex bħala l-gżira tal-innovazzjoni – One News

Notifiki

Għawdex bħala l-gżira tal-innovazzjoni

Mhux biss magħruf bħala l-gżira tat-tliet għoljiet iżda issa anki bħala l-gżira tal-Innovazzjoni. Dan hekk kif lejlet l-inawgurazzjoni taċ-ċentru għall-innovazzjoni f’Għawdex saret l-ewwel konferenza dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fin-negozju.

F’dan l-istess ċentru sar l-indirizz tal-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona li qal li l-Gvern qed ikun pro-attiv biex jassigura li l-industriji jkunu lesti għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali, li huwa l-pass li jmiss fl-iżvilupp tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Hawnhekk ħabbar ukoll li s-sena li għaddiet Malta Enterprise allokat €25 miljun fl-iskema MicroInvest biex aktar negozji jtejbu l-operat tagħhom. B’kollox 2,300 negozju bbenefikaw minn din l-iskema.

“Il-fatt li dan is-summit qed nagħmluh fil-Gozo Innovation Hub, jibgħat messaġġ ċar tal-focus tal-Gvern biex naraw li dawn l-opportunitajiet naħtfuhom, jiġu mwettqa f’Malta u f’Għawdex u nistennew li għada filgħaxija l-hub ikun inawgurat mill-Prim Ministru”.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana spjegat li permezz ta’ din il-konferenza l-Gvern qed jibda jippromovi lil Għawdex bħala l-post fejn l-investituri jistgħu jtellqu proġetti innovattivi.

“Irridu nippromwovu lill-Għawdex bħala l-gżira tal-innovazzjoni. Dan flimkien ma’ proġett infrastrutturali fejn se jkollna faċilitajiet biex investituri barranin jiftħu f’Għawdex biex mhux biss ikollna lil Għawdex bħala l-post fejn isiru dawn it-testijiet u jkun hemm ukoll innovazzjoni, imma ħolqien ta’ xogħol kwalitattiv biex nerġgħu nattiraw it-talent Għawdxi f’dan is-settur”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend