Ħdax-il Kunsilli Lokali mhux se jkunu jistgħu jlaħħqu mal-obbligi finanzjarji tagħhom fil-ftur qrib wara li rrapportaw żbilanċ fil-kotba finanzjarji tagħhom. Dan joħroġ mill-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali Charles Deguara li ppreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati dwar il-ħimda tal-Gvern Lokali matul is-sena li għaddiet.
L-Awditur qal li ma setax jesprimi fehemtu dwar il-kontijiet tal-kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, tal-Birgu u l-Kalkara minħabba nuqqas ta’ rekords finanzjarji u ta’ dokumentazzjoni oħra.
L-uffiċċju tal-Awditur irrikonoxxa l-impenn u l-isforzi kontinwi li qegħdin isiru mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali biex il-kunsilli lokali jindirizzaw in-nuqqasijiet tagħhom fosthom kotba tal-kontabilità li mhux dejjem qed jiġu aġġornati kif suppost, xiri mhux skont ir-regolamenti finanzjarji tal-Gven u reġistri tal-assi fissi mhux miżmuma.
L-Awditur żied jgħid li r-rapport jipproponi rakkomandazzjonijiet bil-għan li jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet li ġew identifikati mill-awdituri privati tal-Gvern Lokali wara li raw b’reqqa l-istatements finanzjarji tal-Kunsilli Lokali.