Notifiki

Żewġ nisa jsofru minn ġrieħi gravi wara li l-karozza li kienu fiha baqgħet dieħla ġo billboard

Żewġ passiġiera nisa, waħda ta’ 35  sena li toqgħod Marsaxlokk u oħra ta’ 81 sena tgħix iż-Żejtun indarbu gravi wara li l-karozza li kienu fiha baqgħet dieħla ġo billborad fi Triq iż-Żejtun f’Marsaxlokk.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15 ta’ nofshinar xħin mara ta’ 57sena minn Marsaxlokk tilfet il-kontroll tal-vettura u baqgħet dieħla ġol billboard.

Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lin-nisa l-isptar.

Ix-xufiera sofriet minn ġrieħi ħfief.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend