Tliet pumpiera Taljani jinqatlu fi splużjoni fl-Italja – One News

Notifiki

Tliet pumpiera Taljani jinqatlu fi splużjoni fl-Italja

Tliet pumpiera Taljani tilfu ħajjithom traġikament kmieni t-Tlieta filgħodu fi splużjoni li seħħet f’farmhouse li tinsab fir-raħal ta’ Quargnento li jinsab 60 kilometru ’l bogħod mil-Lvant ta’ Turin. Il-vittma huma Antonio Candido ta’ 47 sena, Marco Triches ta’ 38 sena u Matteo Gastaldo ta’ 32 sena. Il-midja Taljana qed tirrapporta li waqt li l-pumpiera kienu qegħdin jinvestigaw il-każ, seħħet splużjoni ikbar. Żewġ pumpiera li nqbadu fl-isplużjoni ddaħħlu mill-ewwel fit-taqsima tal-kura intensiva, iżda t-tnejn li huma mietu kawża tal-ġrieħi serji li ġarrbu.

It-tielet pumpier instab mejjet wara li nqabad taħt it-tifrik.

Fl-isplużjoni ndarbu wkoll żewġ pumpiera oħra u kuntistabbli tal-pulizija.

Il-kawża tal-isplużjoni għadha mhix magħrufa. Madankollu jidher li l-isplużjoni seħħet wara li persuna jew persuni mhux magħrufa weħħlu apparat ma’ ċilindru tal-gass li nstab qalb it-tifrik. L-investigaturi qed isostnu li dan kien att premidat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend