Belġjan ta’ 50 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Ħaż Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart fi Triq l-Imdina f’Ħaż Żebbuġ, xħin il-Belġjan li kien qed isuq il-mutur kellu impatt ma’ karozza ta’ tip Honda misjuqa minn raġel ta’ 27 sena min-Naxxar.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għal dan il-każ għadhom għaddejjin.