It-Tlieta filgħodu ħalla lil din id-dinja Patrick Grima jew kif isibuh ħafna bħala l-Ħanfusa fl-eta ta’ 62 sena. Huwa nstab mejjet f’daru fil-Belt Victoria.
Lil Patrick dejjem kont tarah jieħu tazza kafe minn xi ħanut fir-Rabat Għawdex u ser jibqa’ mfakkar ta’ kemm kellu karratru dħuli.
Patrick il-Ħanfusa ser jibqa’ magħruf għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-1994, fejn kien ikkontesta u ġie elett mal-ewwel għadd taħt il-partit indipendenti ‘Hard Rock’.
Riċentament il-Ħanfusa sab postu fil-Prespeju tal-personaġġi Għawdxin.
Ritratt: The People of Malta