BIL-FILMAT: Is-sbuħija ta’ Malta u l-kummerċ li toffri, promossi fiċ-Ċina – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Is-sbuħija ta’ Malta u l-kummerċ li toffri, promossi fiċ-Ċina

Illum kienet l-ewwel jum tad-delegazzjoni Maltija immexxija mill-Ministru responsabbli mill-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ġewwa Shanghai, fit-tieni China International Import Expo. Id-delegazzjoni Maltija tinkludi rappreżentanti minn Trade Malta, Malta Enterprise u l-Malta Chamber of Commerce.

F’kummenti l-Ministru Abela tkellem kif dalgħodu attenda għaċ-ċerimonja tal-ftuħ indirizzata mill-President tac-Cina Xi Jinping u diversi mexxejja Ewropej.

Diversi pajjizi huma rappreżentati f’din il-fiera inkluż Malta li tellgħet l-ewwel stand tagħha biex turi s-sbuħija ta’ dan il-pajjiż u l-opportunitajiet kummerċjali li joffri. Il-Ministru nnota li huwa kburi bir-relazzjoni b’saħħitha li teżisti bejn Malta u ċ-Ċina.

Il-Ministru Abela attenda wkoll għall-Forum fuq il-World Trade Organisation fejn ġie diskuss il-kummerċ globali, l-isfidi li qed jaffaċja u kif dawn jistgħu jiġu megħluba.

Wara huwa għamel żjara fuq l-istand Maltija flimkien mal-Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina John Aquilina

X’inhi ċ-China International Import Expo?

Iċ-China International Import Expo (CIIE) ġiet organizzata għall-ewwel darba s-sena l-oħra. Hija waħda mill-aktar fieri importanti fic-Cina, organizzata mill-Gvern Ċiniż u li tattira l-appoġġ ta’ sħab ewlenin bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u n-Nazzjonijiet Uniti.
 It-tieni edizzjoni tas-CIIE qed issir bejn il-5 u l-10 ta’ Novembru u l-esebizzjoni tal-pajjiżi qed tospita madwar 150 pajjiż, reġjun u organizzazzjonijiet internazzjonali li lkoll qed juru l-iżviluppi u l-kisbiet tagħhom fil-kummerċ u l-investiment.
Barra l-esebizzjoni tal-pajjizi jkun hemm ukoll expo kummerċjali, mifruxa fuq 270,000 metru kwadru fejn kumpanijji mid-dinja kollja li jixtiequ jagħmlu negozju fiċ-Ċina jistgħu jesebixxu l-prodotti u s-servizzi tagħhom f’din l-expo. Barra l-kumpaniji, jkun hemm ukoll madwar 150,000 xerrej professjonali li jattendu u l-fuq min 400,000 persuna li tattendi.

Dan huwa avveniment kbir u l-ewwel expo iddedikat lejn l-importazzjoni fiċ-Ċina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend