Żewġt irġiel jindarbu waqt ġlieda f’Wied il-Għajn – One News

Notifiki

Żewġt irġiel jindarbu waqt ġlieda f’Wied il-Għajn

Żewġ Niġerjani li jgħixu Marsaskala sofrew xi ġrieħi wara li kienu nvoluti f’argument f’appartament.
Għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ġimgħa filgħaxija l-Pulizija ssejħet fi Triq id-Dolmen, f’Marsaskala fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 24 sena spiċċa f’argument ma’ Niġerjan ta’ 40 sena.

Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 24 sena ndarab gravi filwaqt li r-raġel l-ieħor sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *