Raġel mill-Imsida f’qagħda gravi wara sparatura f’Ta Xbiex – One News

Notifiki

Raġel mill-Imsida f’qagħda gravi wara sparatura f’Ta Xbiex

Raġel ta’ 44 sena mill-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kienu sparati xi tiri fid-direzzjoni tiegħu. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, għal ħabta tas-satejn u għaxra fi Triq Testaferrata Ta’ Xbiex.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet sparatura wara li qam argument bejn xi persuni. Il-vittma kien assistit fuq il-post minn tim mediku u ittieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li qed jinżamm persuna sabiex jassisti fl-istħarriġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend