Qatt ma kont naħseb li l-logħba tal-futbol tista’ tkun ħolma daqshekk kerha.
Hekk sostna Kayne Said, wieħed mill-plejers Vendriżi li kien preżenti fil-grawnd meta sieħbu Yau-Mun Law tah attakk tal-qalb qawwi fis-centenary stadium f’Ta’ Qali.
Waqt li tella’ ritratt tat-tim Vendriż qabel il-logħba li fih jidher ukoll Yau-Mun, Said kiteb li ftit sekondi qabel ma bdiet il-partita…il-plejers kienu kollha grintużi u kkonċentrati….viċin ta’ xulxin!
Qal li dan ir-ritratt li se jibqa’ jfisser ħafna għalih u se jibqa’ jgħożż għal ħajtu kollha!
“40 minuta li għalmuni ħafna, fejn saħansitra tibda tħares lejn il-ħajja minn perspettiva differenti, Qatt ma kont naħseb li l-logħba tal-futbol tista’ tkun ĦOLMA DAQSHEKK KERHA”, żied jgħid Said.
“Kun b’saħħtek ħabib Yau-Mun Law, ibqa’ grintuż u tieqafx tiġġieled … kulħadd qed jitlob għalik u aħna ninsabu id f’id warajk”, temm jgħid il-plejer Vendriż.