F’Kalifornja: Twissija ta’ ‘Extreme Red Flag’ – One News

Notifiki

F’Kalifornja: Twissija ta’ ‘Extreme Red Flag’

Fin-nofsinhar ta’ Kalifornja ħarġet twissija serja u l-ewwel tat-tip tagħha msejħa “extreme red flag”.

It-twissija ħarġet mis-servizz tat-temp ta’ Los Angeles, u tkopri l-inħawi ta’ Los Angeles, Ventura u San Bernardino.

L-irjiħat mistennija jlaħħqu l-128 kilometru fis-siegħa, u hemm tħassib li jkomplu jifirxu n-nirien li diġà qerdu aktar minn 3,000 tomna ta’ art.

Huma aktar minn 1,100 pumpier li qed jissieltu n-nirien.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend