Notifiki

97% tal-ħaddiema jibqgħu jaħdmu wara l-ħin tax-xogħol

L-avvanz kbir li dejjem qed isir fit-teknoloġija qed ikollu konsegwenza fuq il-ħin liberu tal-ħaddiema wara li jgħaddilhom il-ħin tax-xogħol.

Dan u aktar ġie diskuss f’konferenza organizzata mill-MEUSAC li matulha diversi esperti u msieħba soċjali tkellmu dwar is-suġġett tad-dritt li persuna tinqata’ mix-xogħol anki b’mod elettroniku ġaladarba jgħaddilha l-ħin tax-xogħol.

Studju li sar juri kif kważi l-ħaddiema kollha madwar id-dinja, sebgħa u disgħin fil-mija, jibqgħu jaħdmu wara l-ħin tax-xogħol.

F’dan il-kuntest, il-Kap Eżekuttiv tal-MEUSAC Mandy Falzon spjegat li kuljum jintbagħtu 183 biljun email madwar id-dinja għalhekk il-ħaddiema dejjem qed isibuha aktar diffiċli sabiex jaqtgħu mill-ħin tax-xogħol.

Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali, John Cachia spjega li ħaddiem li jibqa’ jaħdem anki waqt suppost il-ħin liberu tiegħu jispiċċa jpoġġi lilu nnifsu taħt pressjoni żejda. Pressjoni li tista taffetwa b’mod negattiv is-saħħa mentali tal-ħaddiem.

Cachia spjega wkoll li kemm il-ħaddiem kif ukoll min iħaddem iridu jkunu raġonevoli u responsabbli fuq dan is-suġġett tant delikat li jista jħalli diversi riperkussjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend