Misidjan ta’ 43 sena ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ hit and run f’Ta’ Xbiex.
Wara investigazzjonijiet mill-Pulizija mill-Ghassa tal-Imsida, il-vettura li telqet minn fuq il-post giet identifikata bhala Isuzu li kienet qed tinstaq minn ragel ta’ 43 sena residenti l-Imsida.
Ir-ragel qed jigi mitkellem mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li ghadhom ghaddejjin.
Kien kmieni dalgħodu li żagħżugħ ta’ 26 sena minn Tal-Pietà sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ filgħaxija fi Triq Testaferrata kantuniera ma’ Triq Enrico Mizzi, Ta’ Xbiex.
Il-Pulizija marret fuq il-post immedjatament fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur tat-tip Honda u vann li telaq minn fuq il-post tal-inċident.