Notifiki

BIL-FILMAT: anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 72 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ftit tal-minuti ilu fi Triq il-Wileġ f’San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni l-anzjan residenti San Pawl il-Baħar safa’ milqut minn vettura ta’ tip Fiat Fiorino misjuqa minn raġel ta’ 30 sena residenti Santa Venera.

Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Għal dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend