Nisa Laburisti bi proposti għar-riforma dwar it-traffikar tal-bnedmin – One News

Notifiki

Nisa Laburisti bi proposti għar-riforma dwar it-traffikar tal-bnedmin

Illum, Nisa Laburisti ressqet il-proposti tagħha lill-kumitat tar-riforma tal-liġi li tirregolarizza l-prostituzzjoni f’pajjiżna.

Nisa Laburisti tikkundanna b’mod assolut it-traffikar tal-bnedmin f’kull forma tiegħu. Għalhekk, temmen li l-prostituzzjoni għandha tiġi regolarizzata bi protezzjoni għall-minuri u jinħoloq mudell li jirrifletti s-sitwazzjoni ta’ Malta mingħajr ma nużaw mudell internazzjonali ieħor.

Ir-regolarizzazzjoni tal-prostituzzjoni tgħin sabiex il-black market jinqered. F’dan ir-rigward, Nisa Laburisti temmen li bħala pajjiż għandna nagħmlu t-titjib neċessarju fl-edukazzjoni sesswali ta’ pajjiżna kif ukoll regolarizzazzjoni ta’ ħwienet li joffru servizzi sesswali.

Barra minn hekk, il-ħaddiema f’dan is-settur għandhom jiġu jingħataw id-drittijiet, l-obligazzjonijiet kif ukoll il-protezzjoni kollha li joħorġu mil-liġi tax-xogħol. Nisa Laburisti tenfasizza li l-leġislatur għandu jagħmel enfasi fuq l-importanza tal-eżamijiet mediċi.

Madanakollu, Nisa Laburisti temmen li għandu jkun hemm protezzjoni kif ukoll programmi speċjalizzati għal dawk kollha li ma jridux jibqgħu jaħdmu f’dan is-settur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend